L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għamel referenza għar-rapporti fil-mezzi tax-xandir dwar dak li ntqal dalgħodu fis-smigħ tal-inkjesta pubblika tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, ngħad li l-Kap taċ-Ċivil u s-Segretarju tal-Kabinett ilu jservi bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurta sa mis-sena 2001 fuq nomina u approvazzjoni tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.
Is-Segretarju Permanenti qal li mill-2001 sal-2013, il-Kapijiet taċ-Ċivili Jr Grima u Dr Godwin Grima kienu jservu bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.
L-istqarrija żiedet tgħid li mill-2013 ‘l hawn, il-Kap taċ-Ċivil preżenti Mario Cutajar assuma l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurta u f’kull seduta li attenda għaliha dejjem kien preżenti l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Gvern ippubblikata l-minuta li permezz tagħha l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fl-2001 approva li s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li allura kien il-Kap taċ-Ċivil, ikun is-Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.
Tenna li minn dakinhar ‘il hawn il-Kap taċ-Ċivil dejjem serva bħala Segretarju tal-istess Kumitat tas-Sigurtà.