Il-Libanu fforma Gvern ġdid, biex temm xhur ta’ staġnar li ħalla lill-pajjiż bla tmexxija u bi kriżi ekonomika.
Saad Hariri rriżenja minn Prim Ministru f’Ottubru li għadda, wara protesti tal-massa kontra l-korruzzjoni u nuqqas ta’ ppjanar fit-tmexxija.
Il-moviment Hezbollah u l-alleati tiegħu għażlu lill-Professur Hassan Diab biex jieħu postu x-xahar li għadda, iżda ma setgħux jaqblu dwar il-ħatra tal-Kabinett.
Il-kwistjoni kompliet tiggrava wara li l-protesti fl-aħħar ġimgħat saru vjolenti.
Fil-fatt, aktar minn 460 persuna ndarbu f’argumenti li nqalgħu fi protesti f’Beirut fi tmiem il-ġimgħa li għadda.