Triq l-Imdina f’Ħal Qormi tinsab magħluqa għat-traffiku wara li kien hemm ħruġ ta’ żejt kawża ta’ inċident tat-traffiku matul biċċa kbira tat-triq.
Fi stqarrija l-Pulizija avżat lix-xufiera kollha sabiex isibu triq alternattiva, hekk kif għaddejja ħidma mill-ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili biex inadddfu din iż-żona.