“Ser inkompli bil-ħidma tiegħi fil-Parlament biex fl-elezzjoni li jmiss nerġa’ nikkontesta u nżidu l-maġġoranza f’Għawdex.”
Qalet id-Deputat Dr. Justyne Caruana, l-għada li ppreżentat ir-riżenja tagħha minn Ministru għal Għawdex.
Hija tenniet li hi kburija bix-xogħol u r-riżultati bla preċident li wettqet u kisbet fil-gżira Għawdxija, u li kif qal il-Prim Ministru Robert Abela dan gawdew minnu mijiet ta’ nies u ser jibqa’ jitgawda għal ħafna snin.
Temmet billi qalet li fadlilha ħafna xogħol x’toffri lill-poplu u lill-pajjiż u għalhekk ser tkompli bil-ħidma tagħha fil-Parlament biex fl-elezzjoni li jmiss terġa’ tikkontesta u żżid il-maġġoranza f’Għawdex.
Hija rringrazzjat lil kull min wera solidarjetà magħha f’dawn il-mumenti diffiċli.