Il-biljunarji tad-dinja għandhom aktar ġid minn 4.6 biljun persuna.
Dan jurih rapport fuq l-inugwaljanza globali, fejn juri kif l-ammont ta’ persuni biljunarji minn madwar id-dinja rrdoppja f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Fuq il-quċċata nett hemm Jeff Bezos, il-fundatu u s-sid il-kumpanija Amazon, Bernard Arnault sid il-kumpanija tal-ħwejjeġ Louis Vitton u Sephora u Bill Gates, il-fundatur ta’ Microsoft.
Ir-rapport maħruġ minn organizazzjoni li tiffoka fuq il-faqar globali, l-Oxfam, eżaminat kif l-irġiel għandhom aktar minn ħamsina fil-mija tal-ġid globali min-nisa. Ir-rapport iżid jgħid li t-22 l-aktar irġiel sinjuri għandhom aktar flus min-nisa kollha li hemm fl-Afrika.
Intant, l-Oxfam juru wkoll kif l-inguwaljanzi qed taffettwa l-ekonomiji ta’ diversi pajjiżi, fejn għalkemm l-inguwlanza bejn il-pajjiżi qed tonqos, l-ingwaljanza fil-pajjiżi qed tiżdied.
Joħroġ ukoll kif din l-inugwaljanza bejn in-nies foqra u sinjuri tista’ tonqos biss b’miżuri u liġijiet li gvernijiet differenti għandhom jieħdu.