Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ hold up li sar ilbieraħ filgħaxija f’ħanut f’Tas-Sliema.
Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tad-9PM fi Triq l-Imrabat.
Ir-raġel li daħal jisraq u li kellu wiċċu mogħtti b’maktur u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati, mara ta’ żewġ nisa ta’ 56 sena u 36 sena, sabiex jagħtuh il-flus. Intant hekk kif seraq il-flus il-ħalliel ħarab minn fuq il-post.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo, fejn ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan u midDipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.