Il-Membru Parlamentari Laburista Dr. Anton Refalo ser ikun qed jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumaturi, illum għall-ħabta tan-12:30 fil-Palazz tal-President ta’ San Anton.
Dan wara li Clint Camilleri issa ser jieħu f’idejh il-Ministeru għal Għawdex wara li lbieraħ Dr Justyne Caruana rriżenjat minn Ministru.