Argument bejn żewġ ġirien wassal lil waħda għal sentenza sospiża ta’ ħabs wara li nstabet ħatja li darbet lill-ġara tagħha b’sikkina f’idejha. Il-każ seħħ f’Awwissu ta’ 6 snin ilu meta l- Ramona Magri, bdiet tissuspetta li r-raġel t’oħtha kien qed jittradiha mal-ġara tagħha.
L-argument ġara meta n-nisa ltaqgħu biswit ħanut tat-te f’Ħal Qormi. Hawnhekk ġew fl-idejn bl-akkużata spiċċat taqbad is-sikkina u feriet lill-vittma f’idha.
Waqt li Magri ppruvat taħrab minn fuq il-post, hija ppruvat ittajjar lill-vittma u spiċċat ħabtet fil-karrozza tal-mara l-oħra. Hawnhekk il-vittma qabet sieq ta’ mejda mill-ħanut u bdiet tagħti fuq il-karozza ta’ Magri sakemm twaqqfet mill-Pulizija.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti nnutat li x-xhieda tal-vittma kienet aktar kredibbli billi kienet sostnuta kollha b’filmati tas-sigurtà u għalhekk sabet lil Magri ħatja u kkundannata sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin.