Minn tal-inqas ħames persuni mietu u oħrajn ittieħdu l-isptar bi ħruq f’ġisimhom, fi traġedja li seħħet f’lukanda fil-belt Russa ta’ Perm, meta s-sular ta’ taħt tal-lukanda għereq b’ilma misħun.
L-inċident seħħ wara li nfaqa’ pajp tal-ilma qrib il-muntanji f’Moska.
Dwar il-każ infetħet inkjesta kriminali biex tistabilixxi jekk il-lukanda kinitx qed topera b’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà.