Matul is-sena li għaddiet l-aktar film li ġibed nies lejh fis-swali taċ-ċinema f’pajjiżna kien il-film ‘The Lion King’.
Statistika miġbura mill-KRS, il-kumpanija li ġġib il-films f’Malta, titfa’ dawl dwar il-films li l-aktar attiraw nies lejhom.
Fil-fatt matul l-elfejn u dsatax din il-kumpanija ġabet mija u tletin film.
Tlieta u għoxrin film minnhom intwerew fil-format 3D hekk kif dawn it-tip ta’ films saru iżjed mfittxija minn dawk li jkunu jridu jieħdu esperjenza aktar wiesa’ ta’ x’toffri sala taċ-ċinema.
Mill-films kollha li nġabu hawn Malta kien hemm ukoll tlieta u erbgħin li damu fis-swali taċ-ċinema għal aktar minn sitt ġimgħat.
Intant fit-tieni post tal-lista tal-aktar films imfittxija fis-swali taċ-ċinema Maltin ġie l-film ‘Aladdin’ filwaqt li fit-tielet post ġie l-film ‘Joker’.
Biex b’hekk l-ewwel żewġ postijiet ġew okkupati bil-films bi produzzjoni tal-kumpanija ġganteska Walt Disney.
Fil-lista tal-aktar għaxar films li marru anki tajjeb mid-dħul tal-biljetti hemm ukoll; ‘Avengers End game’, ‘Mary Poppins Returns’, ‘Frozen II’, ‘Dumbo’, ‘Maleficent: Mistress of Evil’, ‘Spiderman; Far From Home’ u ‘Jumanji: The Next Level’.
Fl-istatistika li ħarġet il-KRS ġie spjegat ukoll kif l-iktar film li dam jintwera fis-swali taċ-ċinema Maltin kien il-film ‘Aladdin’.
Fil-fatt dan il-film li wkoll għamel ħoss f’pajjiżna dam jintwera għal tmintax-il ġimgħa.
Sefwa dan il-film, ‘The Lion King’ u ‘Maleficent: Mistress of Evil’ b’erbatax-il ġimgħa.