It-Tnejn se jerġa’ jibda jitlaqqa’ l-Parlament wara l-vaganzi tal-Milied.
Il-ħidma mistennija tibda filogħdu hekk kif se jkun qed jitlaqqa’ l-kumitat għax-xogħlijiet tal-kamra li matulu mistennija tiġi diskussa l-aġenda tal-Parlament għall-ġimgħat li ġejjin.
“Aħna diġà għandna idea tal-agenda li se nuknu qed inressqu fil-ġimgħat li ġejjin. Filgħodu se jkun qed jitlaqqa’ l-house buisness commitee u imbagħad se tkun ifformulata l-aġenda tal-parlament għal dawn il-jiem u ġimgħat li ġejjin.”
Glenn Bedingfield, li beda jokkupa l-kariga ta’ Whip tal-Gvern wara li Byron Camilleri nħatar Ministru, spjega li l-Gvern se jidħol il-Parlament b’tim ġdid imma sostna li l-ħidma ħa tkun waħda kbira biex jitwettaq il-programm ta’ ħidma tal-Gvern.
“Deħlin lura l-Parlamment b’tim ġdid imma b’aktar ħeġġa u rieda illi għandna pjan ta’ ħidma, għandna programm ta’ gvern li jrid jitwettaq fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Dan huwa l-pjan li kien apporvat b’maġġoranza kbira tal-poplu malti fl-2017 u dan huwa dak li se nkomplu nagħmlu fiż-żmien li ġej”