Ġuvni ta’ 25 sena mill-Ħamrun ġie kkundannat 11-il xahar ħabs u ġuvni ieħor ta’ 18-il sena minn Ħal Qormi ġie kkundannat 11-il xahar ħabs sospiżi għal 4 snin wara li nstabu ħatja li pruvaw jisirqu minn dar f’Marsascala.
Il-Kaz seħħ f’Settembru li għadda, iżda fil-Qorti ntqal li s-serqa ma saritx minħabba xi ħaġa aċċidentali. Hawnhekk huma nstabu ħatja wkoll li għamlu ħsarat fuq affarijiet personali ta’ Daniel Mallia.