Yousef Karim min-Niġerja ntbagħat sena ħabs wara li nstab ħati li siefer b’passaport falz u li hu riċediv. Huwa nqabad f’Ruma u reġa’ ntbagħat Malta biex jiskonta s-sentenza tiegħu. Fil-Qorti ntqal ukoll li se jkun estradit lejn pajjiżu wara s-sentenza.
Fil-Qorti, l-akkużat kien assistit minn interpretu u deher emozzjonat. L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud. Filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur tal-Immigrazzjoni, Frankie Zammut.
Għall-akkużat dehret l-Avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana.