Diversi negozji fir-Renju Unit qed iwissu li jaf ikun hemm żieda fil-prezzijiet tal-ikel u kif numru ta’ xogħlijiet jaf jiġu affettwati wara li l-Kanċillier Ingliż Sajid Javid ħalef li se jtemm il-ftehim dwar ir-regolament tal-Unjoni Ewropea wara Brexit.
Javid ammetta li mhux kull negozju se jibbenefika minn Brexit fejn irrifjuta milli jispeċifika liema regolamenti tal-Unjoni Ewropea ried iwaqqa’.
Il-Federazzjoni tal-Ikel u x-Xorb qalet li l-proposti x’akarx se jkunu l-kawża taż-żieda fil-prezzijiet fl-aħħar ta’ din is-sena fir-Renju Unit.