L-Air Malta għadha kemm nediet offerta ta’ Jannar ta’ prezzijiet b’roħs sa 40% fuq ir-rotot kollha tagħha lejn ir-Renju Unit.
L-iskont huwa disponibbli għal vjaġġar minn Malta lejn Londra, Heathrow, Londra (Gatwick) u Manchester. Wieħed jista’ japplika għal dawn l-iskontijiet, minn fuq is-sit onlajn tal-Air Malta, mingħand aġenti tal-ivvjaġġar, fost oħrajn.
Din l-offerta hija miftuħa sat-28 ta’ Jannar u hija valida għal vjaġġar bejn l-20 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju.
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-website tal-Air Malta – www.airmalta.com jew inkella fuq is-sit ta’ Facebook.