Rumen ta’ 46 sena minn San Pawl ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu fi Triq Dun Mikiel meta l-vittma żelaq waqt li kien qiegħed iżarma xi oġġetti u waqa’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.