Il-passaport Malti huwa d-disa’ l-aqwa passaport fid-dinja.
Din il-klassifikazzjoni importanti ħarġet minn informazzjoni miġbura mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru inħadmet skont l-ammont ta’ pajjiżi u reġjuni li tista tivvjaġġa fihom mingħajr bżonn ta’ viża. Fil-fatt bil-passaport Malti tista’ tivvjaġġa faċilment lejn mija tlieta u tmenin pajjiż madwar id-dinja kollha.
L-aqwa żewġ passaporti fid-dinja huma dawk tal-Ġappun u Singapore bil-passaport Ġermaniż qiegħed jiġi kklassifikat fir-raba post b’189 punt. Fuq in-naħa l-oħra tal-lista, l-anqas passaport b’saħħtu huma dawk tal-Afganistan, Iraq, Sirja u l-Pakistan.
Din l-aħbar ingħatat prominenza wkoll mill-midja internazzjonali fejn spjegaw li tul dawn l-aħħar snin il-passaporti Ażjataċi saru aktar b’saħithom filwaqt li passaporti Ewropej bdew inaqqsu mis-saħħa tagħhom.
Jikkontribwixxi għal dan hemm l-importanza dejjem tiżdied tas-swieq ażjatiċi għall-ekonomija tad-dinja. Espert fil-qasam ġie kkwotat jgħid li l-Ġappun, Singapore u l-Korea t’Isfel laħħqu sew ma’ pajjiżi kbar Ewropej fosthom il-Ġermanja.
Ġie nnutat ukoll li filwaqt li l-pajjiżi tal-G7 relattivent baqgħu fejn kienu tul dawn l-aħħar 10 snin numru ta’ pajjiżi oħra għamlu diversi avvanzi ‘l quddiem.