Illum wara nofsinhar se jkun qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra l-kabinett il-ġdid li għażel fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru Robert Abela.
Id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru huma bbażati fuq il-priorità li l-pajjiż ikompli miexi ‘l quddiem b’sens ta’ kontinwità filwaqt li jkompli jwettaq ir-riformi meħtieġa.
Il-kabinett il-ġdid jirrikonoxxi s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż u jikkonferma r-rieda tal-Gvern li jindirizza iktar l-aspirazzjonijiet ġenwini tal-familji u t-titjib soċjali tal-komuntajiet. Fost oħrajn oqsma bħall-akkomodazzjoni soċjali, il-wirt nazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-annimali ttellgħu fuq livell Ministerjali.
Il-Ġustizzja u l-Governanza kif ukoll l-Ambjent u l-Ippjanar ġew ikkonsolidati f’Ministeru wieħed filwaqt li l-Infurzar tal-Liġi ngħata responsabbilità Ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali.
L-oqsma Ewropej u barranin ingħaqdu f’dekasteru wieħed sabiex pajjiżna jimplimenta b’mod iktar efffettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.
Dan huma l-Ministri fil-Kabinett il-ġdid:
Chris Fearne
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Evarist Bartolo
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Edward Scicluna
Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji
Michael Farrugia
Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma
Owen Bonnici
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Jose Herrera
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Carmelo Abela
Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (responsabbli mill-iżvilupp sostennibbli, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-manifest elettorali)
Ian Borg
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Justyne Caruana
Ministru għal Għawdex
Michael Falzon
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali
Edward Zammit Lewis
Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Roderick Galdes
Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali
Silvio Schembri
Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Julia Farrugia Portelli
Ministru għat-Turiżmu
Aaron Farrugia
Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Clint Camilleri
Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur
Byron Camilleri
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Dan huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett il-ġdid:
Stefan Zrinzo Azzopardi
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Clayton Bartolo
Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji
Clifton Grima
Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Chris Agius
Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali
Silvio Parnis
Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabbilità fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
Rosianne Cutajar
Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Deo Debattista
Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur
Alex Muscat
Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Kommunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.