Minn tal-inqas 60 persuna, ħafna minnhom tfal, ġew ikkurati għall-irritazzjoni tal-ġilda u problemi tan-nifs. Dan wara li ajruplan tal-passiġġieri tal-linja tal-ajru Delta rema’ l-fjuwil fuq diversi skejjel meta kellu bżonn jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Los Angeles.
It-titjira kellha tirritorna lura l-ajruport wara li żvilluppat xi ħsara fil-magna. Qed jiġi rrappurtat li minn tal-inqas sitt iskejjel kienu affetwati b’dan. Filwaqt li żewġ klassijiet fl-iskola elemetari f’Cudahy, li tinsab 26 kilometru ‘l bogħod mill-ajruport kienu l-aktar affetwati.
Il-Kumpanija Delta kkonfermat li l-ajruplan rema’ l-fjuwil biex inaqqas il-piż għall-inżul tiegħu. Filwaqt li kelliem għall-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni qal li l-federazzjoni qed tinvestiga b’reqqa dan l-inċident.