Paul Adam Cinato ta’ 43 sena minn Luton, l-Ingilterra nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu li joqgħod fl-istess appartament miegħu f’San Pawl il-Baħar.
Ċinato ġie mixli li weġġa’ gravi lil sieħbu mingħajr l-intenzjoni li joqtlu, li insultah u heddu, li ma kellux liċenzja biex iżomm arma u li seraq mobile f’Novembru li għadda.
L-Ispettur Colin Sheldon spjega li l-argument inqala’ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu meta l-akkużat allegatament argumenta ma’ sieħbu u attakkah bl-arma.
Huwa żied jgħid li qabel l-argument, l-akkużat bagħat messaġġi ta’ theddid lill-vittma. Huwa ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat wara li rritorna fl-appartament.