Net News irrapporta li mhux se tkun il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li tisma’ l-każ ta’ libell kontra Anton Refalo mis-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi. Skont Net News, intlaqa’ rikors biex dan is-smigħ ma jsirx quddiem Vella Cuschieri u minflok, il-kawża se tinstema’ quddiem l-Imħallef Lorainne Schembri Orland.
Iżda, il-fatti huma xorta oħra. L-Imħallef Lorainne Schembri Orland se tkun qed tisma’ r-rikors kostituzzjonali li qed iressaq Samuel Azzopardi, biex Vella Cuschieri ma tismax il-każ tiegħu, għax kienet kandidat tal-Partit Laburista.
Din it-talba għadha trid tkun evalwata u kif żvela one.com.mt iktar kmieni matul il-jum, se tkun Schembri Orland, eks kandidat tal-PN, li tisma’ din it-talba.
Huwa wara li tiddeċiedi l-Qorrti preseduta minn din l-Imħallef li nkunu nafu jekk it-talba nlaqgħetx jew le. Tan-NET diġa’ għamluha fatta li iva.