Il-Prim Ministru Joseph Muscat ivvota għall-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.
Huwa għamel dan għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fiċ-Ċentru Laburista tan-Naxxar.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn martu Michelle Muscat.
Dr Muscat kien milqugħ b’applaws minn għadd ta’ persuni preżenti. Saħansitra, barra ċ-ċentru Laburista fin-Naxxar, inġemgħet folla liema bħala biex tagħti merħba lill-Prim Ministru.