Angelus Vella ta’ 66 sena mill-Fgura, weħel sentejn ħabs wara li ammetta li kien involut fi traffikar ta’ droga u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Il-każ ġara meta t-Tlieta li għadda l-akkużat kien arrestat ma’ 3 persuni oħra waqt rejd li sarlu f’d-daru, fi Triq Cospicua l-Fgura.
Fil-Qorti ħareġ kif il-pulizija sabet fil-pusses tiegħu reżina tal-kannabis u traċċi tal-kokaina flimkien ma’ oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.
Wara li wieġeb ħati għall-akkużżi kollha miġjuba kontrih, Il-Maġistrat Doreen Clarke kkundannat lil Vella sentejn ħabs effettiva flimkien ma’ multa ta’ €500