Il-Qorti tal-Appell fl-Italja kkonfermat sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs fil-konfront ta-eks plejer ta’ Birkirkara Fabrizio Miccoli. L-ewwel Qorti kienet ikkundannata tliet snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li dahar għal Cosa Nostra sabiex jiġbor €12,000 b’metodi mafjużi.
Il-każ imur lura għal bejn l-2010 u l-2011, meta Miccoli qabbad lill-ħabib tiegħu Mauro Luricella, iben il-mafjuż Antonino, magħruf bħala “U Scintilluni”, biex jiġborlu €12,000 li kellu jagħtih ħabib tiegħu dwar biċċa negozju marbuta ma’ tmexxija ta’ diskoteka fil-gżira ta’ Femmine.
Skont l-akkuża, Lauricella uża metodi vjolenti biex iwettaq din il-biċċa x-xogħol li minnha spiċċa ġabar biss elfejn ewro.
Fil-Qorti Miccoli sostna l-innoċenza tiegħu u qal li ma kienx jaf li Luaricella kellu parentala mal-mafjuż “U Scintilluni”. Il-plejer li kien preżenti fil-qorti meta ngħatat is-sentenza għażel li ma jikkummentax.
Ir-rabta ta’ Miccoli ma’ pajjiżna tmur lura għall-2015, meta Adrian Delia, dak iż-żmien President ta’ Birkirkara F. C. ġabu jilgħab f’Malta.