Il-Gvern iddikjara l-ġurnata t’għada bħala Jum ta’ Luttu b’tislima lill-Kardinal Prospero Grech.
Il-bnadar nazzjonali fuq dipartimenti u entitajiet tal-Gvern se jittajjru mezz’asta.
Il-Kardinal Grech miet fl-għomor ta’ 94 sena nhar it-30 ta’ Diċembru.
Fi Frar ta’ tmien snin ilu, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien ħatru bħala t-tieni kardinal Malti.