Il-Prim Ministru jinnota l-istqarrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, mibnija fuq spekulazzjonijiet u suppożizzjonijiet, fejn ikkonkluda b’mod żbaljat li hu rċieva xi rigal jew kiser il-Kodiċi tal-Etika.
Il-Prim Ministru m’għandu l-ebda problema jikkollabora mal-Kummissarju għall-Istandards, kif għamel dejjem mal-istituzzjonijiet kollha.
Il-Prim Ministru jinnota kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħaġġel biex jitlob investigazzjonijiet dwar ħaddieħor, iżda baqa’ ma talabx investigazzjoni dwaru nnifsu meta għadu ffaċċjat b’allegazzjonijiet gravi bħal ħasil ta’ flus.