“Malta tista tkun il-pont tal-Ewropa għall-Afrika” – Dan qalitu l-President tal-Kummissjoni Ewropeaj Usrula von der Leyen indirizzat il-konferenza imtella’ permezz ta’ messaġġ irrekordjat, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fejn tħabbret l-ewwel strateġija ta’ tkabbir u sħubija bejn Malta u l-Afrika sas-sena 2025, għal konsultazzjoni pubblika. Hija kellha kliem ta’ tifħir għall-istrateġija ta’ Malta għat-tkabbir mal-Afrika.
Fil-messaġġ tagħha hija qalet kif il-ħidmta tal-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-Afrika, tikkumplimenta l-impenn ta’ Malta. “Jien partikolarment ferħana li Malta qed tippreżenta strateġija għal sħubija mal-Afrika. Ma jista jkun hemm l-ebda mod aħjar biex tiftaħ din is-sena. Dalwaqt se nippreżenta l-Istrateġija tal-Ewropa mal-Afrika u sa l-aħħar tas-sena l-mexxejja taż-żewġ kontinenti se jiltaqgħu biex jiddiskutu t-triq ‘il quddiem ”. għalqet il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Hi qalet li temmen li s-suċċess tal-kontinent Ewropew huwa marbut ma’ dak ta’ kontinent ieħor, kontinent żagħżugħ, dinamiku u li qed jiżviluppa malajr, il-kontinent tal-Afrika. Hija qalet li dan il-kontinent għandu aspirazzjonijiet u potenzjal kbir. Hija qalet kif dan il-kontinent li issa qed iwaqqaf żona ta’ kummerċ ħieles pan-Afrikan, jifhem it-tibdil fil-klima ferm aħjar minn ħaddieħor. “L-Afrikani jaqsmu ħafna mill-aspirazzjonijiet tagħna. Huma jridu jibnu dinja paċifika u joħolqu impjiegi tajbin għaż-żgħażagħ Afrikani fil-kontinent tagħhom. Dawn l-għanijiet kollha jintlaħqu jekk l-Ewropa u l-Afrika jaħdmu id f’id”, qalet Von der Leyem
L-Afrika tinsab ħafna fuq l-aġenda fl-UE u sinjal qawwi jinsab fil-fatt li fl-ewwel jum tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, il-President Ursula von der Leyen żaret Addis Ababa għal laqgħat bilaterali mal-Gvern Etjopjan u l-Unjoni Afrikana.