Żewġ bażijiet tal-ajru bi truppi Amerikani fl-Iraq, intlaqtu minn numru ta’ missili ballistiċi.
L-istazzjon televiżiv tal-istat fl-Iran qal li l-attakk sar bħala ritaljazzjoni għall-qtil tal-Ġeneral Qasem Soleimani f’attakk bi drone f’Baghdad fuq ordni tal-President Amerikan Donald Trump.
Il-Pentagon qalet li ġew attakkati żewġ siti f’Irbil u f’Al Asad.
Kelliema għall-White House qalet li l-President jaf bl-attakk u qed isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib filwaqt li qed jikkonsulta mat-tim tas-sigurtà tal-pajjiż.
Il-President Trump kiteb fuq Twitter li għadu mhux magħruf jekk intilfux ħajjiet f’dan l-attakk.