Raġel ta’ 31 sena mill-Ħamrun ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li ċaħad akkużi li saru fil-konfront tiegħu mill-eks sieħba tiegħu, li allegat li attakkaha u darabha ħafif.
Id-difiża spjegat li r-rapport tal-mara ma kien xejn għajr att ta’ aggressjoni kontra l-eks sieħeb tagħha tant li ħarġu numru ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni favur ir-raġel.
Fil-Qorti ngħad li fil-5 ta’ Jannar, il-mara għamlet rapport lill-Pulizija li fih allegat li jumejn qabel inqala’ argument bejniethom meta r-raġel mar id-dar tagħha.
Il-Prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u dan ingħata fuq depożitu ta’ €500, garanzija personali ta’ €2,000 u fuq il-kundizzjoni li r-raġel jiffirma l-għassa darba f’ġimgħa.