Sewwieqa ħelsitha ħafif wara li baqgħet dieħla f’ħajt ftit ‘il fuq miċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu.
Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li mara ma jidhirx li ġarrbet ġrieħi gravi iżda ttieħdet l-isptar għal aktar kura.
It-triq tinsab magħluqaa għat-traffiku.