Sitt żgħażagħ Ġermaniżi nqatlu u ħdax oħra sfaw midruba wara li karozza baqgħet dieħla fihom f’South Tyrol, fit-Tramuntana tal-Italja.
Ġie rrapurtat li x-xufier, li huwa Taljan, kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fil-villaġġ ta’ Luttach ħdejn il-fruntiera Taljana mal-Awstrija.
Il-Ġermaniżi li l-eta tagħhom kienet qrib l-għoxrin sena kienu għadhom kif telqu minn post ta’ divertiment. Intant tlieta minn dawk li sfaw milquta qegħdin f’sitwazzjoni gravi.
Il-midja Taljana qed tirraporta li x-xufier tal-karozza għandu 28 sena.
Ritratt: Luttach fire brigade