Iben voluntier li miet waqt in-nirien li ħakmu fl-Awstralja ġie mogħti l-midalja tal-qlubija f’isem missieru, fil-funeral ta’ missieru stess.
Tfajjel ta’ kważi sentejn bl-isem ta’ Harvey Keaton mar liebes l-unformi u bil-gażaża f’idejh waqt li rċieva medalja tal-qlubija f’isem missieru.
Numru ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar nġabru sabiex jagħtu l-aħħar tislima u jonoraw il-memorja tal-kollegi tagħhom li mietu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom meta t-trakk laqgħet siġra li waqgħet.
Il-midalja ġiet preżentata liċ-ċkejken mill-Kummissarju tan-New South Wales Fire, Shane Fitzsimmons.