Ilbieraħ inġabru €1,365,556 waqt maratona ta’ 15-il siegħa biex jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Din is-somma qabżet ir-rekord tas-snin ta’ qabel meta kienu nġabru:
2018 – €1,255,269
2019 – €1,275,442
2020 – €1,365,556
Fuq il-midja soċjali, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef stqarr li m’għandux kliem sabiex jirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għall-ġenerożità kbira li wera mad-Dar tal-Providenza.
Wiegħed li se jsarfu din il-fiduċja b’aktar ħidma b’risq il-persuni b’diżabilità li jużaw u jibbenefikaw is-servizzi li toffri d-Dar tal-Providenza.
a.
Ritratt: Dar tal-Providenza/ Facebook