Lawrence Cutajar inħatar Kummissarju tal-Pulizija. Dan wara li fl-aħħar xhur serva bħala Aġent Kummissarju. Huwa inħatar b’effett immedjat mil-lum l-ewwel ta’ Awwissu.
L-ittra tal-ħatra ġiet ipprezentata mill-Ministru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela fil-binja tal-Ministeru ġewwa l-Belt Valletta, wara li l-Prim Ministru approva din il-ħatra.
Il-Ministru Abela awgura lis-Sur Cutajar għal-kariga ġdida tiegħu.
Cutajar, bniedem ta’ esperjenza kbira fil-Korp, beda l-karriera bħala kuntistabbli fl-1979 u tul is-snin serva f’karigi differenti bi promozzjonijiet ħadhom fi żminijiet differenti sakemm pass pass issa nħatar fl-iktar kariga importanti tal-Korp tal-Pulizija.