Fl-ewwel ftit minuti tas-sena l-ġdida, twieled iċ-ċkejken Miruslav.
L-ewwel wild tal-Bulgara Desislava Kalaferova, li kien l-ewwel tarbija tas-sena l-ġdida fl-Isptar Mater Dei, li twieled fis-siegħa neqsin għaxra ta’ filgħodu.
“My first baby’s very good.His name is Miruslav and I’m very happy.”
Nofs siegħa wara, preċiżament fis-siegħa u wieħed u għoxrin ta’ filgħodu, twieldet l-ewwel tifla tas-sena fl-Isptar Mater Dei.
Iċ-ċkejkna Camille hija t-tielet tifla għall-koppja Daniela u Keiston Theuma, li waslet ġimgħat qabel mistenni.
“Ma kontx qed nistenniha fl-ewwel tas-sena għax ġejt għand it-tabib kelli visit normali u sabni lesta għall-ħlas.”
Daniela tispjega l-emozzjonijiet meta rat liċ-ċkejkna f’idejha.
“Indeskrivibbli l-imħabba li tara t-tarbija tiegħek filli ġo żaqqek u filli f’idejk.”
Filwaqt li l-hena tagħhom ifissdu liċ-ċkejkna Camille, il-ħsieb ta’ Daniela u Keiston ma naqasx li jmur fuq iż-żewġ ħutha bniet.
“Jieħdu pjaċir żgur għandhom 8 u 12 jiġifieri jafu x’għandhom jagħmlu u l-importanti li jkollhom l-imħabba u l-għaqda bejniethom.”
U kif se jħossu Keiston, issa li se jkollu erba’ nisa d-dar?
“Serduq ġo gallinar tiġieġ naħseb jien imma happy ħafna xtaqt li kollox imur sew u jiena girls inħobb.”
Aktar tard filgħodu, fis-sebgħa u tmienja u tletin minuta, twieled Marselo. L-ewwel wild għall-koppja Albaniża Marinela u Manolo, u t-tieni tifel fl-Isptar Mater Dei fl-ewwel jum tas-sena.
Ukoll sorpriża, hekk kif kellu jitwieled fl-aħħar ta’ Jannar.
“I’m still realising, I still cannot believe he’s here so for me it’s something I cannot explain with words. To be a father you have to be a responsable man.”
F’isem dawk kollha li jaħdmu fis-sala tat-twelid, iċ-Charge Midwife Doris Spagnol Abela spjegat li għalihom, l-ewwel tas-sena huwa jum bħall-oħrajn.
“Hija xi ħaġa sabiħa għax tara familji jibdew u huwa gost għalina li nagħtu servizz lil dawn in-nies.”