Fl-ewwel minuti tas-sena l-ġdida seħħet serqa f’ristorant fil-Fgura, għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart intalbet l-assistenza tal-pulizija fir-ristorant li jinsab fi Vjal il-Kottoner.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta kien daħal fl-istabbiliment u seraq ammont ta’ flus kontanti u cheque minn ġol-cash register. Il-ħalliel ħarab mill-ewwel minn fuq il-post wara li ħa l-flus u ċ-cheque.
Waqt is-serqa kien hemm sid ir-restaurant, raġel ta’ 68 sena li joqgħod il-Fgura stess. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.