Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista se jkun qiegħed jindirizza l-folla bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista għall-aħħar darba fl-10 ta’ Jannar li ġej. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista. Fil-padiljun sportiv ta’ Kordin, fejn fl-aħħar snin il-Partit Laburista diġà organizza attivitajiet politiċi għall-massa, Joseph Muscat se jkun qed jindirizza l-ewwel sessjoni tal-Kungress li għaliha huma mistiedna l-Maltin u l-Għawdxin kollha, b’mod partikolari dawk li tul l-aħħar snin taw appoġġ kbir lill-Joseph Muscat u lill-Partit Laburista.