Il-funeral tal-Kardinal Malti Prospero Grech se jsir nhar il-Ħamis tnejn ta’ Jannar fuq l-altar tal-Kattedra fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-11:30 ta’ filgħodu.
Il-Provinċja Agostinjana Maltija li kien jifforma parti minnha l-Kardinal qalet fi stqarrija li bħalissa qed tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex wara l-funeral, il-ġisem tiegħu jinġeb Malta biex issir id-difna.
Il-Kardinal Prospero Grech miet ilbieraħ fl-għomor ta’ 94 sena fl-Italja.
Huwa twieled il-Birgu u kien it-tieni Kardinal fl-istorja ta’ Malta, meta nħatar mill-Papa Emeritu Benedittu Sittax fil-Bażilika ta’ San Pietru waqt laqgħa pubblika fi Frar ta’ 8 snin ilu.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/12/30/imut-il-kardinal-prospero-grech-fl-eta-ta-94-sena/