Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għall-aħbar li se jsalpa lejn Malta t-tanker tal-gass billi qal li l-proġett tal-impjant tal-gass m’għandniex bżonnu u billi tenna li t-tanker (temporanju, sakemm isir il-pipeline) huwa rigal tal-għebusija tar-ras ta’ Joseph Muscat.
Qal ukoll li l-power station ta’ Dellimara mhix fabbrika tal-kanċer biex baqa’ jiddefendi l-użu tal-Heavy Fuel Oil.
Dlonk it-tweġiba tal-Partit Laburista: “Ir-reazzjoni ta’ Simon Busuttil għall-proġett tal-enerġija tista’ tinftiehem biss bi frazi waħda: sour grapes.”