Tnediet fażi oħra tal-istandards minimi fid-djar tal-anzjani. Se tibda konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn l-standards fid-djar. Dawn l-istandards qed jiġu mfassla, permezz ta’ konsultazzjoni wkoll.
Dan kollu biex għall-ewwel darba jkun hawn awtorità li tinvestiga u tinforza miżuri fejn u meta jkun hemm bżonn.
Din l-awtorità se tkun reponsabbli fost oħrajn minn liċenzjar ta’ djar tal-anzjani. Fost it-tibdil hemm propost li jkun introdott reġistru ta’ care workers, li s’issa għadu qatt ma kien hawn f’pajjiżna. Il-pubbliku se jkun jista’ jikkontribwixxi fil-konsultazzjoni, biex it-twaqqif tal-awtorità jilħaq stadju avvanzat dan is-sajf.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana spjegat li din kienet triq twila, meta wieħed iqis li l-ewwel dar tal-anzjani tnediet fis-sebgħinijiet hawn Malta.
Minn għandu suġġerimenti huwa mħeġġeġ iressaqhom fuq activeageing@gov.mt jew jattenda għal laqgħat kif indikat fuq is-sit elettroniku tas-Segretarjat.