Izuchukwu Nwakeze Innocent ta’ 32 sena minn Nigerija li joqgħod San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li ffalsifika u għamel użu minn passaport u permess ta’ residenza Taljan. Kien akkużat ukoll li huwa riċediv.
L-akkużat ipprova jħalli pajjiżna permezz ta’ dawn id-dokumenti.
L-Ispettur Darren Buhagiar spjega kif l-akkużat kien ilu Malta mill-2006 u li applika għall-ażil iżda l-applikazzjoni kienet irrjutata. Saħaq li l-imputat kien iffrustrat b’din is-sitwazzjoni anke għall-fatt li ma kellux aċċess għall-kont bankarju u għaldaqstant ried li jmur lura lejn pajjiżu.
Dr Simon Micallef Stafrace deher għall-imputat.