Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qiegħed jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva, l-imsemmijin prodotti ma għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi għall-karawett peress li nstab li jista’ jkun fihom karawett li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Ditta: Sacla’
Dati tad-durabbilità: Id-Dati kollha
Il-kumpanija involuta qiegħda twaħħal tikketti fuq il-prodotti involuti biex tinnotifika l-preżenza ta’ karawett, iżda peress li l-prodotti laħqu waslu għand il-konsumatur l-Ispettorat tas-Saħħa qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku kif dejjem jsir f’dawn l-okkażjonijiet.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.