Jagħmel sewwa l-Partit Nazzjonalista jekk jara sew is-sitwazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ta’ membri prominenti fi ħdanu qabel jitfa’ akkużi dwar il-Prim Ministru.
Kuntrarjament għal ħaddiehor, il-Prim Ministru dejjem mexa b’ kollaborazzjoni sħiħa mas-servizzi tas-sigurtà.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu mistoqsijiet kbar li għandu jwieġeb jekk irid jitkellem dwar relazzjonijiet ma’ persuni investigati.