Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ numru ta’ Ministri, Segretarji Parlamentari u Deputati tal-Gvern ippreżentaw id-donazzjoni tal-Gvern li ammontat għal €15,000.
Il-Prim Ministru sostna li l-Malta Community Chest Fund hija organu importanti għas-soċjetà Maltija hekk kif hija tidħol f’dawk il-każi li l-istat ma jkunx jista’ jaġixxi dwarhom. Huwa fakkar f’numru ta’ miżuri li l-Gvern introdotta sabiex jassisti persuni u ġenituri ta’ tfal li jkollhom bżonn il-kura.
Huwa rringrazzja lill-President George Vella għax xogħol kbir li qed jagħmel f’dan ir-rigward u awgura lil Malta Community Chest Fund għal ġabra oħra li turi l-ġenerożità tal-Maltin.
Wara li taw l-għotja tagħhom l-Prim Ministru flimkien mal-kumplament tad-delegazzjoni tal-Gvern marret tirrispondi t-telefonati flimkien mal-volontiera tal-Malta Community Chest Fund.