L-awtoritajiet fil-Ġappun wettqu l-eżekuzzjoni ta’ Ċiniż li nstab ħati li qatel familja ta’ erbgħa fl-2003. Huwa wettaq dan l-omiċidju ma’ żewġ persuni oħra. It-tlieta kienu ħarbu lejn iċ-Ċina fejn wieħed minnhom kien inqatel fl-2005 u ieħor ikkundannat għomru l-ħabs.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Ġappuniż, Masako Mori, qalet li hija ffirmat l-eżekuzzjoni ta’ Wei Wei b’kunsiderazzjoni reqqa. Il-Ġappun għandha aktar minn 100 ħabsi li qed jistennew il-piena tal-mewt.
Il-Ġappun bdiet tiżvela l-ismijiet tal-ħabsin li jkunu ngħataw il-piena tal-mewt mill-2007, u minn dakinhar ‘il hawn persuna barrani waħda biss kienet imniżżla fil-lista: Ċiniż ieħor li nqatel fl-2009.