89 persuna, ġew imħarrka mill-pulizija waqt operazzjoni li kienu spezzjonati numru ta’ vetturi matul dan il-lejl. Dawk imħarka mill-pulizija, tħarku minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Fost instab li tlieta minnhom kienu fil-pussess tad-droga.
Fost dawn hemm sewqan taħt l-influwenza tal-alkolħol, jew droga, sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċitorin tas-sigurta, sewqan b’veloċita eċċessica, dwal mhux skond il-liġi, użu ta’ telefon ċellurali waqt is-sewqan, liċenzja tal-vettura mhux valida, vettura kummerċjali ma kelliex fire extinguisher u sewwieqa jpejpu fil-preżenza ta’ minuri.
F’din l-operazzjoni mmexxija mill-membri mis-sezzjoni tat-Traffiku flimkien mal-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Klieb matul dan il-lejl. Dawn l-operazzjonijiet saru fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, iż-Żejtun iż-Żejtun, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, il-Furjana, Birkirkara, San Ġiljan, is-Swieqi, ir-Rabat, Ħal Luqa, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar.