Franċiż ta’ 21 sena li jgħix tas-Sliema ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal 4 snin wara li kien mixli li għamel ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor u li kien xurban f’post pubbliku.
Il-każ seħħ fit-23 ta’ Diċembru għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Ġorġ Borġ Olivier San Ġiljan.
Fil-Qorti l-Franċiż wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.