Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni se tkun qed tagħaddi l-messaġġ tagħha għal jum il-Milied fejn fosthom se tirikonoxxi li s-sena 2019 kienet waħda pjuttost mimlija avveniment. Fil-messaġġ tagħha hija tgħid li t-triq qatt ma tkun waħda bla xkiel, iżda minkejja dan bi ftit persistenza dan l-ixkiel jista’ jonqos.
Dan il-messaġġ se jasal wara sena ta’ dibattitu politiku intensiv dwar Brexit kif ukoll in-numru ta’ avvenimenti personali li kienet involuta l-Familja Rjali.
Is-sena 2019 għalihom bdiet b’inċident tat-traffiku li fih kien involut ir-raġel tar-Reġina, id-Duka ta’ Edinburgu, il-Prinċep Philip. Il-Prinċep li għandu 98 sena se jqatta’ tmien din is-sena fl-isptar għall-osservazzjoni u trattamenti fuq ordni tat-tabib.