Ikun se jħokk rasu qabel jibda kull rappreżentazzjoni, id-Direttur tal-pantomima huwa persuna li jgħaqqad l-ispettaklu li jittella’ fit-teatri f’dawn iż-żminijiet.
Id-direttur tal-Pantomima Pawlu Testa, b’esperjenza wiesgħa fix-xena jispjega kif il-preparamenti jibdew minn kmieni, meta ħadd ma jkun qed jaħseb fil-Milied.
Is-Sur Testa spjega li “Jibda f’Marzu fejn nibdew niltaqgħu, fejn fl-aħħar snin jiena, Rodney Gauci, Brian Farrugia, joseph testa nibdew naraw x‘ se nagħmlu.”
Huwa qalilna li jkollu responsabiltà importanti biex joħroġ l-aħjar mill-atturi li jitilgħu fuq il-palk biex jifqgħu lil kulħadd bid-daħq.
Din is-sena mhux b’inqas hekk kif spjega li l-istorja ta’ din is-sena, fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi fejn bl-ingredjenti li jiżdiedulha minħabba li hija pantomima żgur li toħloq spettaklu ħaj.
Jgħid li x-xenarju, il-kant u ż-żfin huma kollha ingredjenti oħra li jagħtu pjaċir lill-udjenza. Is-Sur Testa temm jgħid: “Panto bil-Malti, żammejna kemm stajna leali ħafna, il-pantomina għandha liċenżja li tista’ tbiddel u tagħmel inti, imma naħseb din is-sena żammejna iktar leali lejn l-istorja ta’ Aladdin.”
Din hija d-19-il sena konsekuttiva li l-kumpanija Teatru Irjal qiegħda ttella’ pantomima li dejjem ġibed numru sabiħ ta’ nies f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.