Il-pulizija f’Għawdex qed tinvestiga s-sejba ta’ madwar 10 kilogrammi ta’ sustanza allegatament droga kannabis. Id-droga nstabet fix-xatt ta’ bejn il-Port tal-Imġarr u l-Bajja tax-Xatt l-Aħmar, f’Għajnsielem, Għawdex.
Id-droga nstabet is-Sibt wara nofsinhar għal ħabta tal-erbgħa u kwart, meta żewġt irġiel li kienu mexjin ħdejn il-baħar innutaw diversi pakketti suspettużi.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija t’Għawdex, fejn sabu 83 blokka tad-droga f’sittax-il pakkett. F’kull pakketta kien hemm madwar ħames blokok, filwaqt li tliet blokok oħra nstabu għalihom fuq ix-xtajta. B’kull pakkett kien issġġillat f’boroż tal-plastik.
Mhux eskluż li l-pakketti b’din is-sustanza allegatement droga kannabis telgħet max-xatt mill-baħar bil-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.